Malta Football Association
NEWS:
‘Gowl għall-Istrina’– ir-raba’ edizzjoni
Dec 17, 2012
Posted in:
Photo courtesy of Dominic Aquilina
Photo courtesy of Dominic Aquilina

L-appuntament annwali ta’ ‘Gowl għall-Istrina’ riesaq lejn ir-raba’ edizzjoni tiegħu. L-idea, li kienet twieldet mill-aħwa Gorg u Christian Micallef, illum kibret ħafna u qed iġġib flimkien il-programmi popolari sportivi Maltin, Replay fuq Net TV u L-Argument fuq One TV. Ma’ dawn it-tnejn jingħaqdu l-MFA u l-uffiċju tal-President ta’ Malta.


 

 

L-attivita’ se tibda l-Ħadd 23 ta’ Diċembru2012, fejn ser isir l-irkant ta’ flokkijiet tat-timijiet tal-Premier u l-Ewwel Diviżjonib’mod dirett fuq il-programm Replay fuq Net TV. Matul l-istess ġurnata, se jsir l-istess fuq numru ta’ programmi oħra fuq One TV.

 

Il-qofol jintlaħaq l-Erbgħa 26 ta’ Dicembru mill-4.00pm ’il quddiem is-Centenary Stadium f’Ta’ Qali.  Apparti s-soltu timijiet mill-Premier, u l-Ewwel Diviżjoni, din is-sena se jkun hemm xi ħaġa ġdida fejn se jieħu sehem tim ġdid magħmul minn plejers li jilagħbu fit-Tieni u t-Tielet Diviżjoni.

 

L-organizatturi jirringrazzjaw lil numru ta’ sponsors li se jgħinu f’dan l-avveniment. Dawn huma: Errea; 240 Limited, Twilight Limited; BigExhibits; One TV u Net TV. 

 

Il-poplu Malti, b’mod speċjali il-pubbliku sportiv, imħeġġeġ li jattendiu jagħti l-appoġġ tiegħu lildin l-attivita’ nobbli, li fl-aħħar mill-aħħar għandha għan wieħed biss, l-għajnuna u s-solidarjeta’!

Official Sponsors
Commercial Partners