Malta Football Association
NEWS:
Finali U*BET F.A. Trophy: Qormi FC vs Hibernians FC
May 20, 2013
Posted in:
General
Cups & Competitions

Il-Malta Football Association tavża li l-finali tal-U*BET F.A. Trophy bejn Qormi FC u Hibernians FC se tintlagħab l-Erbgħa 22 ta’ Mejju 2012, fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali u tibda fis-7.30pm.


 

 

Il-partitarji ta’ Hibernians se jkunu allokati f’West Stand A u Millennium Stand F waqt li dawk ta’ Qormi se jkunu allokati f’West Stand C u Millennium Stand D.

 

Il-partitarji ta’ Hibernians għandhom jidħlu bil-vetturi tagħhom min-naħat tal-Mosta u jipparkjaw fil-West Parking (Enclosure), waqt li dawk ta’ Qormi għandhom jidħlu bil-vetturi tagħhom min-naħat ta’ Ħaż-Żebbuġ u jipparkjaw lejn il-Millennium Stand u fiż-żona tal-Park Nazzjonali.

 

Il-biljett tal-West Stand A u C (Enclosure) jibdew jinbiegħu mil-lejla stess miż-żewġ klabbs rispettivi. Il-biljetti tad-dħul tal-Millenium Stand D u F jinbiegħu fil-ġurnata mit-ticket booths tal-Millennium Stand, fl-Istadium Nazzjonali qabel il-partita.

 

L-Orange Cards kollha u l-White Cards ta’ Qormi FC u Hibernians FC huma validi għal din il-partita kemm għall-West Stand u kif ukoll għall-Millennium Stand.

 

L-Istadium Nazzjonali u t-ticket booths jiftħu fis-6.00pm.

 

L-MFA tavża li dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu flimkien mal-Pulizija ta’ Malta u ż-żewġ klabbs rispettivi, waqt li tawgura suċċess li ż-żewġ klabbs u li tkun festa ta’ futbol sabiħa għall-partitarji preżenti u għall-pubbliku sportiv.

Official Sponsors
Commercial Partners