Malta Football Association
NEWS:
Dr. Simon Busuttilf’laqgħa mal-amministrazzjoni tal-MFA
Jul 24, 2013
Posted in:
photo credit- Joe Borg
photo credit- Joe Borg

  • photo credit- Joe Borg
  • photo credit- Joe Borg
  • photo credit- Joe Borg
  • photo credit- Joe Borg
  • photo credit- Joe Borg
  • photo credit- Joe Borg

Dr. Simon Busuttil, Kap tal-Oppożizzjoni u Mexxej tal-Partit Nazzjonalista, illum wara nofsinhar kellu laqgħa mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Malta Football Association u kif ukoll żar xi uffiċini tal-impjegati tal-Assoċjazzjoni.


 

Busuttil intlaqa’ fil-kwartiera tal-MFA minn Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo, President u Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni, li kienu akkumpanjati mill-Viċi Presidenti Dr. Chris Bonett, Ludovico Micallef u Alex Manfre’, mis-Segretarju Ġenerali Joe Gauci u mit-Teżorier Ivan Mizzi.

 

F’laqgħa ta’ madwar 30 minuta fil-kamra tal-Eżekuttiv, iż-żewġ naħat tkellmu fuq il-bzonn li l-Kuntratti taċ-ċnus u l-kirjiet ta' artijiet tal-Gvern lill-klabbs jiġu riveduti biex jinteħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-attivita' kummerċjali li klabbikun jista' jiżvolġi minn dawn l-artijiet. Dan biex tiġi garantita s-sostenibbilita' finanzjarja tal-klabbs.

 

Punt ieħor li ġie diskuss hu t-tibdil fir-regolamentazzjoni tal-MFA u leġiżlazzjoni biex l-istess klabbs ikunu jistgħu jikkonvertu minn għaqdiet sportivi għall-kumpaniji kummerċjalibiex ikunu jistgħu jdawwru t-titolu legali li għandhom fuq dawn l-artijiet u b’hekk jattiraw l-investiment tal-privat, kemm lokali kif ukoll barrani, fl-istess klabb.

 

Ġiet diskussa wkoll il-possibilita’li tiġi stabbilita’rata ta’taxxa fuq id-dħul ta’min hu impjegat fis-settur tal-futbol, waqt li fl-istess ħin,l-MFA stess, bir-regoli l-ġodda tal-Financial Fair Play,tirregolarizza l-pożizzjoni fiskali ta’dawk kollha li għandhom xi forma ta’introjtu mill-futbol.

 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni wera l-qbil tiegħu ma’dawn il-proposti tal-MFA u wiegħed l-appoġġtal-Partit Nazzjonalista għal dawn l-inizjattivi meta jigu biex ikunu diskussi u approvati fil-Parlament Malti.

 

Dr. Simon Busuttil kien akkumpanjat minn Robert Cutajar, Kelliemi tal-Oppożizzjoni għall-Isport, Żgħażagħ u Innovazzjoni.

Official Sponsors
Commercial Partners