Archives

STQARRIJA TAL-MALTA FOOTBALL ASSOCIATION

Published: 13-08-2013 16:20
image1 (102)
Il-Malta Football Association tavza illi l-Bord ghall-Investigazzjoni ta’ Allegazzjonijiet dwar Tixhim fil-Football tal-MFA, illum 13 ta’ Awwissu 2013, ta zewg decizjonijiet.  Fl-ewwel decizjoni, fl-ismijiet MFA vs Elton Borg u Julian Friggieri, il-Bord iddecieda kif gej:                                   “Wara li ra l-verbali tal-avukati rispettivi jiddeciedi li la darba iz-zewg akkuzati Julian Friggieri u Elton Borg irrizenjaw minn kull attivita kalcisika u dan b’ mod definittiv u aktar importanti b’ mod irrevokabbli; U stante ghalhekk li huma ma ghadhomx membri fl-Assocjazzjoni u/jew f’ kull assocjazzjoni affiljata, dan il-Bord jiddikjara li huwa ma ghadx ghandu gurisdizzjoni fuq l-istess persuni li issa ma ghadhomx u ma jistghux ikollhom affiljazzjoni mal-MFA jew ma’ assocjazzjonijiet affiljati maghha jew fuqha.  In vista ta’ dan u tal-fatt li il-piena li seta’ jinfliggi dan il-Bord kienet dik ta’ interdizzjoni perpetwa minn kull attivita kalcistika – haga li iz-zewg akkuzati ghamlu volontarjament fi stadju bikri tal-proceduri – ghaldaqstant il-Bord qed jaccetta ir-rizenja perpetwa u irrevokabbli tal-akkuzati u qed jiddikjara il-procedimenti fil-konfront taghhom bhala ezawriti. Dana kollu hu minghajr pregudizzju ghal kull prova li tista tingieb fil-konfront tal-akkuzati l-ohra u b’ dan li kull prova li setghet tingieb dwar l-istess akkuzati Julian Friggieri u Elton Borg xorta wahda tibqa permissibbli u tista tingieb sabiex isservi bhala prova fil-konfront tal-akkuzati l-ohra.”    Fit-tieni decizjoni, fl-ismijiet MFA vs Hamrun Spartans FC, il-Bord iddecieda kif gej: “Il-Bord qies illi, kif sewwa indika l-avukat difensur tal-club (Hamrun Spartans FC), is-seba’ loghbiet imsemmija fl-akkuza, il-Hamrun tilfuhom kollha (dwar dan il-fatt kien hemm qbil bejn il-partijiet) – minn dawn il-loghbiet il-club ma rebahx loghba wahda u f’ dak l-istagun partikolari il-club gie relegat.  Dan il-fatt jaghmilha cara li min kien wara dawn il-manuvri ma kellux l-interess tal-club f’ mohhu.  L-iskop ta’ min kien qed iwettaq dan il-hazen ma kienx dak li Hamrun jirbhu loghob jew jirbhu xi league.  Min wettaq il-hazen anzi uza lil Hamrun Spartans sabiex jilhaq skopijiet ohra anke a skapitu tal-istess Hamrun. Il-Bord qies illi f’ dawn il-loghobiet indikati fl-akkuza il-club ta’ Hamrun Spartans qala’ tlieta u tletin goal (33) u dan meta f’ dak l-istagun il-club qala’ total ta’ tmienja u tmenin (88) goal – dawn kienu statistici moghtija mill-avukat tal-Club u mhux kontradetti mill-MFA.  Il-Bord jinnota li il-kumitat attwali ta’ Hamrun ma kienx involut fit-twettieq tal-fatti li dwarhom il-Hamrun ammetta l-akkuzi.  Madanakollu kemm Julian Friggieri kif ukoll Elton Borg kienu membri tal-kumitat ta’ Hamrun Spartans meta allegatament wettqu l-akkuzi li bihom huma gew akkuzati. Illi intant Hamrun Spartans ghazlu li jammettu l-akkuzi migjuba kontra taghhom fi stadju bikri hafna u dan jirrifletti fuq is-serjeta tal-kumitat kif kompost illum.  Dan il-fatt ghandu jinghata piz kbir.   Gia huwa hazin ghall-club li membru fil-kumitat tieghu jinvolvi ruhu f’ attivita ta’ korruzzjoni – dak il-hazen jikber jekk il-club, wara li jinqabdu il-persuni involuti, jipprova jipprotegihom.  Dan il-Bord ihoss li ghalkemm jinhtieg li tigi inflitta piena fuq il-Club, ghax hekk jirrikjedu ir-regolamenti, tkun qed issir ingustizzja ohra mal-club jekk tali piena ma tiehux qies tal-ammissjoni bikrija tal-club u tal-fatt li il-hazen li kien qed isir kien qed jippenalizza lill-istess club ulterjorment.  Mhux biss il-club kien qed jigi imheggeg bl-involviment ta’ membri tal-kumitat tieghu f’ attivita kriminuza imma ukoll din l-attivita kienet qed twassal sabiex il-club jitlef il-loghob li kien qed jilghab u dan b’ margni kbir.  Kieku il-club ma weriex umilta u ma ammettiex l-akkuzi dedotti kontra tieghu f’ dan l-istadju bikri, u kieku il-club iddecieda li jirkeb fuq il-karru jew jiddefendi lil xi membri tal-kumitat tieghu li setghu wettqu xi hazen, allura il-piena kienet tkun relegazzjoni ta’ divizjoni jew tnejn oltre telf ta’ punti u/jew multa.  Dan qed jinghad anke bhala avviz car ghal min bi hsiebu jimbarka fuq din it-triq perikoluza.  Dan qed jinghad ukoll sabiex tinftiehem id-differenza fil-piena inflitta f’ dan il-kaz u dik inflitta f’ kazijiet precedenti. Imma tenut kont ta’ dak indikat hawn fuq, fic-cirkostanzi attwali, dan il-Bord ihoss li piena xierqa ghal kaz odjern, ghalkemm mhux wahda massima, xorta ghandha tkun wahda li tirrifletti il-gravita ta’ dak li gara – ghalhekk il-piena li qed tigi inflitta hi dik ta’ multa ta’ Euro 10,000.00 u tnaqqis ta’ seba’ punti ghall-istagun li jmiss. Dan il-Bord jaghti gharfien ghal hidma maghmula mill-Integrity Officer tal-MFA sabiex igestixxi ix-xoghol, xejn facli, li jinvestiga u jaqbad kazijiet ta’ korruzzjoni.  Din il-hidma trid tibqa’ tigi sostnuta sabiex jingheleb il-kankru li qed bil-mod il-mod inawwar u jeqred il-football, hafna sport iehor u ghalhekk ukoll lis-socjeta in generali. Filwaqt li clubs li jipprotegu lill-membri korrotti fil-clubs taghhom ma jistghux jistennew hniena, dawk l-individwi fi clubs li jghinu sabiex jitnaddaf il-football ghandhom isibu l-appogg necessarju sabiex il-loghoba tibqa hajja.”  Il-Bord li hu kompost minn persuni awtonomi u newtrali mill-MFA kien maghmul minn Dr. Raymond Zammit (Chairman), Joseph M. Azzopardi, Dr. Chris Grima, Ronnie Abela u Ronnie Micallef. Il-kazijiet fil-konfront tal-players Massimo Grima u Roderick Fenech ikompli fil-jiem li gejjin.