Archives

STQARRIJA TAL-MALTA FOOTBALL ASSOCIATION

Published: 21-08-2013 14:35
image1 (102)
Il-Malta Football Association tavza illi l-Bord tal-Appell tal-MFA, ilbierah 20 ta’ Awwissu 2013, ta decizjoni fl-appell tal-Floriana FC fil-konfront tal-Member Clubs’ Licensing Board tal-MFA.   Il-Bord iddecieda kif gej:                                   “…Is-sanzjonijiet kontemplati fil-konfront ta’ Floriana FC kellhom jidhlu in vigore kemm il-darba sad-deadline hemm stabilit il-Club kellu jonqos milli jipprovdi lil dak il-Board b’receipts/agreements, fosthom regarding dues to Birkirkara FC. Ghalhekk il-mument krucjali ghall-implimentazzjoni o meno tal-imsemmija decizjoni m’huwiex il-mument li gie effettwat il-hlas mill-Club appellanti lil Birkirkara FC izda l-mument li l-ftehim relativ gie prezentat lil dak il-Board – u ex admissis dan gie prezentat tardivament. Quddiem dan il-Bord, il-Club appellanti qieghed jitlob ir-rimedju li tinghata multa lill-klabb talli d-dokumenti marbuta mal-hlas waslu tard, flok it-tnaqqis ta’ sitt (6) punti kif determinat bl-imsemmija decizjoni tal-15 ta’ Lulju 2013. Dan il-Bord izda ma jistax jakkorda tali rimedju. Ghal dawn ir-ragunijiet ghalhekk l-appell imressaq minn Floriana FC qieghed jigi michud.” Il-Bord, li hu kompost minn persuni awtonomi u newtrali mill-MFA, kien maghmul minn Dr. Aldo Vella (Chairman), Dr. Ronald Cuschieri u Dr. Herbert Messina Ferrante.