Malta Football Association
NEWS:
Malta tirbaħ id-dritt li tospita l-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej 2014 għall-kategorija ta’ Taħt is-17-il sena
Mar 23, 2012
Posted in:

Il-Malta Football Association tavża li l-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA iddeċieda li l-Kampjonati Ewropej ta’ Taħt is-17-il sena tal-2014 jintlagħbu f’Malta.


 


Dan il-Kumitat iltaqa’ f’Istanbul, it-Turkija, u fih ġew deċiżi l-pajjiżi li se jospitaw id-diversi fażijiet finali tal-kompetizzjonijiet tal-UEFA ta’ kategoriji differenti li se jsiru bejn l-2014 u l-2016.

 

L-MFA tilqa’ din l-aħbar b’sodisfazzjon kbir, liema deċiżjoni tkompli tikkonferma r-rispett u l-fiduċja li tgawdi l-Assoċjazzjoni Maltija fi ħdan il-UEFA.

 

Il-Laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tmexxiet minn Michel Platini, President tal-UEFA, fejn l-istess President se jmexxi wkoll il-Kungress Annwali tal-UEFA li se jibda l-Ħamis 22 ta’ Marzu 2012, f’Istanbul, it-Turkija.

 

Għal dan il-kungress, l-MFA se tkun rappreżentatha minn Norman Darmanin Demajo (President), Bjorn Vassallo (Kap Eżekuttiv), Joe Gauci (Segretarju Ġenerali) u Antoine Portelli (Teżorier).

Official Sponsors
Commercial Partners