Malta Football Association
NEWS:
Jibda x-xogħol fil-faċilitajiet sportivi ta’ Senglea Athletic
Oct 18, 2013
Posted in:
photo - Joe Borg
photo - Joe Borg

  • photo - Joe Borg
  • photo - Joe Borg

 

 

Senglea Athletic FC, il-klabb tal-Kampjonat BOV tat-Tieni Diviżjoni, kellhom viżita ta’ kortesija minn Norman Darmanin Demajo, President tal-Malta Football Association u Dr. Stefan Buontempo, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Innovazzjoni fil-grawnd li ngħata lilhom għall-iżvilupp mill-Gvern ta’ Malta. Dan il-grawnd hu ‘Ground C’ li jinsab f’Kordin.

 

Huma ntlaqgħu minn Benny Casha, President ta’ Senglea Athletic, fejn ġew imdawwra ma’ dan il-grawnd li fuqu mistenni jsir xogħol estensiv b’investiment dirett mill-Malta Football Association.

 

Ix-xogħol jinkludi l-irristrutturar tad-dressing rooms, l-istands, reserves benches u ta’ pitch b’art sintetika. Se jsir ukoll fencing ġdid u flood lights ġodda.

 

Darmanin Demajo faħħar il-ħidma tal-Gvern Ċentrali li għal darb’oħra reġa’ alloka biċċa art għall-isport tal-futbol u qal li hu dejjem ta’ pjaċir li l-klabbs lokali jkollhom faċilitajiet sportivi fejn it-tfal jistgħu jipprattikaw l-isport favorit tagħhom.

 

“Hu ta’ pjaċir kbir għalina bħala MFA li se nkunu qegħdin ninvestu f’pitch ieħor. Issa f’idejn il-klabbs lokali li joħorġu bl-ideat ta’ kif isostnu dan l-investiment u kif jistgħu jiġġeneraw il-flus minnu.”

 

Dr. Buontempo wkoll faħħar il-ħidma li qiegħda tagħmel l-MFA f’investimenti kontinwi u sostna li l-Gvern se jibqa’ jaħdem u jinvesti għall-isport lokali fis-snin li ġejjin.

Official Sponsors
Commercial Partners