Malta Football Association
NEWS:
Luca Pagani mistieden mill-UEFA biex jagħmel preżentazzjoni
Oct 30, 2013
Posted in:

Luca Pagani, il-preparatur atletiku tat-tim nazzjonali Malti, kien mistieden f’seminar li organizzat il-UEFA f’Istanbul, it-Turkija, bl-isem ta’ ‘pilot fitness’.


 

Hu għamel diskors u preżentazzjoni mill-iktar professjonali tant li ġie mfaħħar mill-preparaturi atletiċi kollha li jaħdmu mat-timijiet nazzjonali tal-Ewropa. Huwa tkellem u ffoka l-aktar fuq is-suġġett tal-‘Long Term Player Development’. Id-diskors ta’ Pagani tant kemm kien apprezzat minn dawk preżenti li kellu ħin twil ta’ domandi x’jirrispondi waħda wara l-oħra minn dawk preżenti.

 

Għal dan is-seminar attendew diversi persuni magħrufa fid-dinja tal-futbol u wieħed mill-kelliema prinċipali kien Fatih Terim, il-kowċ Tork, li kien u għadu jmexxi diversi klabbs popolari fl-Ewropa.

 

Dan kien it-tieni ‘pilot fitness’ li organizzat il-UEFA għas-sena 2013. F’Marzu li għada kien organizzat l-ewwel seminar ta’ dan it-tip f’Oslo, in-Norveġja. Il-UEFA mistennija tagħmel tliet korsijiet ta’ dan it-tip u t-tielet wieħed se jsir is-sena d-dieħla fid-dati u l-post eżatt li għadhom iridu jiġu deċiżi.  

Official Sponsors
Commercial Partners