Malta Football Association
NEWS:
Jitnhieda l-programm tal-voluntiera
Dec 3, 2013
Posted in:

  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg

Il-Malta Football Association nehdiet il-programm tal-voluntiera li se jkunu qegħdin jassistu lill-Assoċjazzjoni fil-UEFA European Championships ta’ Taħt is-17-il sena, li se jsiru f’Malta f’Mejju 2014. Dan kollu sar f’konferenza stampa organizzata t-Tlieta 3 ta’ Diċembru 2013, f’12.00pm, fis-Centenary Hall, Centenary Stadium, f’Ta’ Qali.



 

Bjorn Vassallo, Kap Eżekuttiv tal-MFA, indirizza lil dawk preżenti għal din il-konferenza u ta aktar dettalji fuq kif se jaħdem dan il-programm. Hu żvela li l-Assoċjazzjoni se tkun qiegħda ddaħħal magħha madwar 250 voluntier li kollha se jkollhom rwol importanti f’diversi setturi fl-organizazzjoni ta’ dan l-avveniment.

 

“Il-voluntiera huma mistennija li jkunu t’eta varja li jkunu kemm żgħażagħ li gejjin minn diversi istituzzjonijiet edukattivi kif ukoll nurseries, aparti adulti minn diversi oqsam differenti tal-hajja. Dawn apparti l-ghajnuna li giet mitluba lill-Gvern Malti biex jipprovdi numru ta’ volunteira mis-servizz civil u entatjiet governativi. Huma se jinvolvu ruħhom fil-match-day operations u f’pożizzjonijiet oħra b’kuntatt dirett mat-timijiet li se jipparteċipaw f’dawn il-finali.”

 

Vassallo spjega li l-MFA għandha diversi esperti f’dan il-qasam li se jkunu qegħdin jgħinu u jħarrġu lil dawn il-voluntiera fid-dipartimenti rispettivi fil-ġimgħat li ġejjin biex ikunu ppreparati sew għall-Mejju li ġej. Min-naħa tat-tim nazzjonali Malti, se jitkompla l-proċess biex it-tim Malti jieħu aktar attenzjoni minn ġurnata għal oħra u dan permezz ta’ viżiti fl-iskejjel biex jippromwovu l-avveniment li se jipparteċipaw fih. Finalment, il-Kap Eżekuttiv, tenna li dan l-avveniment mistenni joffri sfida tajba fl-organizazzjoni, liema sfida għandha tħalli effett importanti u pożittiv fuq il-viżibilita’ tal-futbol f’pajjiżna.

 

Joe Cassar, id-Direttur ta’ dan it-tournament, spjega l-importanza li qiegħda tagħti l-UEFA lil dan l-avveniment. Hu qal li kollox hu skjedat skont id-dati u l-ħin u għalhekk talab lil dawk kollha li se jkunu involuti biex jieħdu x-xogħol tagħhom b’serjeta’ kbira.

 

Fil-jiem li ġejjin, nies magħżula mill-MFA se jibdew il-proċess biex jintgħażlu dawn il-voluntiera u l-bidu ta’ kollox se tkun intervista individwali ma’ kull wieħed minnhom.

 

Joe Micallef, id-Direttur tal-programm tal-voluntiera, spjega d-dettalji dwar l-għażla permezz ta’  preżentazzjoni u fisser il-proċess ta’ xogħol minn Jannar sa Mejju, b’mod speċifiku mill-ġurnata tal-ftuħ sal-ġurnata li fiha tintlagħab il-finali u ssir il-preżentazzjoni lir-rebbieħa.

 

Il-Formola ta' l-Applikazzjoni tista' titniżżel MINN HAWN

Official Sponsors
Commercial Partners