Malta Football Association
NEWS:
Koperazzjoni bejn l-MFA u L-Assoċjazzjoni tal-Gvern Lokali fuq il-Programm tal-Voluntiera
Dec 20, 2013
Posted in:
photo credit  -  Joe Borg
photo credit - Joe Borg

  • photo credit  -  Joe Borg
  • photo credit  -  Joe Borg
  • photo credit  -  Joe Borg
  • photo credit  -  Joe Borg

Bħala tkomplija tal-Volunteers Programme, li ġie varat mill-MFA ftit tal-ġranet ilu b’konessjoni mal finali tal-UEFA U17 Championships li ser jinżammu f’Malta f’Mejju 2014, dalgħodu ġewwa l-bini ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Gvern Lokali fil-qasam Industriali tal-Marsa, inżammet konferenza stampa konġunta bejn l-Assoċjazzjoni tal-Gvern Lokali, u l-MFA, fejn il-programm għas sejħa tal-voluntiera ġie varat ukoll fuq il-websites tal-kunsilli lokali, fejn persuni  ta’ l fuq minn 17-il sena, qed jiġu mogħtija l-opportunita’ li jaqsmu din l-esperjenza volontarja f’dawn il-finali.


 

Dr Marc Sant, President ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Gvern Lokali, fid-diskors tiegħu qal li din hija l-okkazjoni storika sportiva u l-Kunsilli Maltin ser jagħmlu l-mezzi kollha possibli biex din il-manifestazzjoni sportiva, tilħaq il-perspettiva tagħha, kif ukoll heġġeġ biex il-kunsilli jgħarfu persuni, li jistghu ikunu ta’ kontribut bħala volontiera fid-diversi setturi meħtieġa, biex din il-manifestazzjoni tilħaq is-suċċess mixtieq. 

 

Dr Sant qal li dawn il-finali huma vetrina, mhux biss għall futbol fis-settur taż-żagħżagħ, iżda wkoll ser ikunu ta’ vetrina għall pajjiżna. Dan il-programm ta’ volontarjat għall dawn il-finali, jista’ jkun mezz ta’ pont bejn l-Assoċjazzjoni tal-Gvern Lokali,  u l-MFA fi proġetti ohra fil-futur. Finalment Dr. Sant ħeġġeġ biex kemm żagħżagħ kif ukoll persuni oħra ta’ l-fuq minn sbatax-il sena, jidħlu għal din l-isfida li żgur apparti mis-sodisfazzjon, tkun ukoll esperjenza sabiħa, filwaqt li awgura li jintlaħaq in-numru ta’ persuni meħtieġa f’dan il-programm.

 

Dr Chris Bonett, Viċi President tal-MFA, beda biex irringrazzja lil Dr Sant u l-Eżekuttiv ta l-Assocjazzjoni tal-Gvern Lokali, li fhemu l-importanza ta’ dawn il-finali, kif ukoll għas-support li jridu jgħatu lil dan il-porgramm ta’ volontarjat f’dawn il-finali f’Malta. Dr Bonett qal, li l-poplu Malti dejjem kellu f’qalbu l-volontarjat, u żgur li diversi persuni minn livelli differenti t’etajiet, ser jirreċiprokaw lura f’dan il-proġett. Hija ħaġa ferm sabiħa li wara diversi skejjel, għaqdiet, l-armata w oħrajn, issa kien imiss ukoll l-Kunsilli Lokali, li jieħdu l-inizjattiva u jgħatu l-appoġġ tagħhom lejn il futbol u b’mod partikulari s-settur importanti tal-volontarjat, li huwa wieħed mill pilastri għas-suċċess ta’ dawn il-finali, li jagħmlu ġih lil pajjiżna. Dr Bonett  awgura li fil-ġejjieni jista’ jkun hemm lok ta’ diskussjonijiet, fuq diversi livelli ta koperazzjoni akbar bejn iż-żewġ partijiet.

 

Joe Micallef Kordinatur tal-programm ingħaqad ma Dr. Bonett, biex irringrazzja lill-Assoċjazzjoni tal-appoġġ sħiħ, u wera apprezzament partikulari lejn  Dr Sant li mill-ewwel fehem il-kunċett u l-għarfien ta’ dan il-programm  biex jingħata appoġġmill-Kunsili Lokali. In-numru ta’ applikazzonijiet li daħlu s’issa kien sodisfacenti meta fadal sat-30 ta’ Diċembru 2013, biex jagħlqu l-ewwel parti tal-applikazzjonijiet.  Micallef awgura li permezz  tal-PR li ser jgħatu l-kunsilli fuq il-websites tagħhom, ikompli jikber in-numru ta’ persuni li jersqu biex jiffurmaw parti mit-tim ta’ persuni volontarji f’dawn il-finali. Micallef ħabbar li b’sodisfazzjon l-MFA kienet ser toffri numru ta’ biljetti complementary, lil dawk il- Kunsill Lokali nteressati biex persuni jkunu jistgħu jsegwu  logħbiet minn dawn il-finali sew f’Malta kif ukoll f’Għawdex. 

Official Sponsors
Commercial Partners