Malta Football Association
NEWS:
Gowl għall-Istrina 2013 tissarraf f'aktar minn 10,000 euro
Dec 27, 2013
Posted in:
photo credit - Joe Borg
photo credit - Joe Borg

  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg

L-attivita’ ‘Gowl għall-Istrina 2013’ li saret fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali fissret aktar minn 10,000euro li nġabru mill-klabbs lokali Maltin u minn dawk kollha li taw is-sehem tagħhom.


 

Minkejja x-xita u r-riħ qawwi li għamel f’pajjiżna lbieraħ filgħodu, diversi plejers mill-Kampjonat BOV Premier Malti u dawk tal-Ewwel Diviżjoni lagħbu partita ta’ ħbiberija kontra xulxin li iżda kella titwaqqaf fl-ewwel taqsima minħabba l-kundizzjonijiet impossibbli tat-temp li laqat lil pajjiżna.

 

Sal-ewwel taqsima, it-tim tal-Ewwel Diviżjoni kien qiegħed jegħleb lil dak tal-Premier bl-iskor ta’ 1-0.

 

Iktar tard matul il-ġurnata, Bjorn Vassallo, Kap Eżekuttiv tal-MFA, flimkien mal-organizzaturi mill-programmi Replay fuq NET TV u L-Argument fuq ONE TV, marru Dar il-Meditterran fil-Belt Valletta fejn kienet qiegħda ssir L-Istrina 2013. Hemmhekk huma preżentaw ċekk sabiħ ta’ 10,000euro lill-President ta’ Malta Gorg Abela.

Official Sponsors
Commercial Partners