Malta Football Association
NEWS:
PROĊESS GĦALL-GĦAŻLA TA’ VOLUNTIERA.
Jan 14, 2014
Posted in:

Wara s-sejħa li saret matul ix-xahar ta’ Diċembru, fil-preżent qed isir ix-xogħol ta’ preparamentI biex jibdew l-intervisti ma dawk li applikaw bħala voluntiera b’konnessjoni ma l-Finali tal-kampjonat tal-UEFA U17,  li ser isiruġewwa Malta f’Mejju 2014.


 

 

In-numru t’applikanti kien wieħed tajjeb ħafna, kif ukoll kien hemm interess minn persuni barra minn xtutna biex jiġu jgħatu s-sehem tagħhom wkoll waqt dawn il-finali. Jonqos li mal-lista eżistenti jiżdiedu dawk l-istudenti ġejjin mill-MCAST, Junior Lyceum u ITS li dawn għandhom ikomplu jżidu n-numru ta’ voluntiera.

 

Il-lista ta’ rwoli li għalihom intlaqgħu l-applikazzjonijiet hija din

 

·       Airport Help Desk                                         

·       Hospitality  Desk (Centre Ta’ Qali)               

·       Hospitality Desk Hotels                                

·       Media helpers                                                           

·       Presentation Stewards                                 

·       Runners                                                         

·       Stadia Stewards                                            

·       Team Liaison Officers                                    

·       VVIP Hospitality team                                               

·       Referees Liaison Officers                              

·       Doping Stewards                                           

·       Drivers                                                           

·       First Aiders                                                    

·       Non Specific Sections                                    

 

Wara li jsiru l-intervisti, għall-bidu ta’ Marzu 2014, kull settur jibda’ jingħata t-taħriġ meħtieġ bi preparament għall fażi finali f’Mejju.

 

Joe Micallef il-kordinatur tal-programm f’isem l-MFA, irringrazzja lil dawk il-persuni li wrew ix-xewqa tagħhom għal din is-sejħa, filwaqt li rringrazzja wkoll għas-support tagħhom lil dawk l-iskejjel governattivi u privati, istituzzjonijiet, kunsilli lokali, media w oħrajn, li taw l-appoġġ meħtieġ biex seta’ jitwassal il-messaġġ għal din is-sejħa ta’ voluntiera li kienet suċċess. 

Official Sponsors
Commercial Partners