Archives

Posposti il-partiti tal-Kampjonat BOV Premier fl-Istadium Nazzjonali

Published: 09-03-2014 12:10
image1 (102)
 Il-Malta Football Association tavża li ż-żewġ partiti li kienu programmati biex jintlagħbu llum il-Ħadd 9 ta’ Marzu 2014 fl-Istadium Nazzjonali bejn Valletta u Mosta fis-2.00pm u bejn Sliema Wanderers u Birkirkara fl-4.00pm ġew posposti minħabba l-kundizzjoni ħażina li jinsab fiha l-pitch bil-maltemp li għamel fl-aħħar ħinijiet. Dawn iż-żewġ partiti se jintlagħbu fl-Istadium Nazzjonali t-Tlieta 11 ta’ Marzu 2014, fis-6.00pm u fit-8.00pm rispettivament. L-MFA tavża li l-partiti l-oħra kollha mill-Kampjonati BOV li kellhom jintlagħbu fl-istadiums reġjonali se jsiru kollha kif kienu programmati.   L-MFA tiskuża ruħa għal kull inkonvenjent.