Malta Football Association
NEWS:
Kampjonat BOV Premier - Avviż dwar il-logħob tal-Ħadd 23 ta' Marzu
Mar 19, 2014
Posted in:
General
BOV Premier League

Il-Malta Football Association tavża li għal-logħbiet tal-Ħadd, 23 ta’ Marzu, 2014 mill-Kampjonat BOV Premier li se jsiru fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali:


 

L-Istadium Nazzjonali se jiftaħ fin-12:30pm u l-allokazzjoni tal-partitarji se tkun hekk:

 

Floriana FC u BirkirkaraFC- West A u Millennium F 

Rabat Ajax FC u Valletta FC - West C u Millennium D

 

L-MFA tavża li t-ticket booths li se jinfetħu fil-ġurnata se jkunu:

 

West A(għall-bejgħ tal-biljetti fil-West A biss)

Millennium F (għall-bejgħ tal-biljetti fil-Millennium F biss)

West C (għall-bejgħ tal-biljetti fil-West C biss)

Millennium D (għall-bejgħ tal-biljetti fil-Millennium D biss)

 

Numru ta’ biljetti għall-West A (Birkirkara FC) u għall-West C (Valletta FC) bil-valur ta’ €6 (Adulti) biss se jinbiegħu direttament mill-klabbs rispettivi sal-Ġimgħa filgħaxija.  

 

Dawn l-arranġamenti saru bi qbil bejn il-Pulizija ta’ Malta, l-MFA u l-klabbs rispettivi.

 

L-MFA tavża li l-partitarji ta’ Floriana FC u Birkirkara FC għandhom jidħlu minn naħa tal-Mosta u jipparkjaw il-vetturi  tagħhom fil-West Parking (Enclosure). Il-partitarji ta’ Rabat Ajax FC u Valletta FC għandhom jidħlu min-naħa tar-Rabat jew Ħaż-Żebbuġ u jipparkjaw il-vetturi tagħhom lejn in-naħat tal-Park Nazzjonali.

 

L-MFA tawgura festa ta’ futbol sabiħa milgħuba fi spirtu sportiv u tħeġġeġ lill-partitarji biex fil-ġurnata tal-partita jimxu mal-istruzzjonijiet tal-Pulizija ta’ Malta.

Official Sponsors
Commercial Partners