Malta Football Association
NEWS:
“Konfront importanti u dirett, iżda mhux deċiziv” – Paul Zammit u Andre’ Paus
Mar 20, 2014
Posted in:
General
BOV Premier League
photo credit - Dominic Aquilina
photo credit - Dominic Aquilina

  • photo credit - Dominic Aquilina
  • photo credit - Dominic Aquilina

“Konfront importanti u dirett, iżda mhux deċiżiv. Wara din il-partita jkun għad fadal ħames partiti oħra u s-sitwazzjoni tista’ tinbidel kull ġimgħa.”

Dawn kienu l-ewwel dikjarazzjonijiet li taw iż-żewġ kowċis rispettivi ta’ Birkirkara FC u Valletta FC f’konferenza stampa organizzata mill-MFA u li fiha tkellmu l-kowċis u l-captains taż-żewġ timijiet rispettivi, tlett ijiem qabel il-partita diretta ta’ bejniethom.


 

Fl-ewwel konferenza, Zammit spjega lil ħafna ġurnalisti preżenti li kull partita fiha t-toqol tagħha u din żgur li mhux eskluża.

 

“Il-preparazzjoni tagħna qiegħda tkun bħal kull partita oħra. Is-sena l-oħra lħaqna l-objettiv tagħna u ninsabu preparati għal din it-tip ta’ pressjoni. Konna nafu li ġejja fuqna. Hawnhekk fejn se tidħol is-saħħa tal-membri u ta’ kull min involut f’dan il-klabb”

 

Min-naħa l-oħra, Andre’ Paus, kowċ ta’ Valletta FC qal li se tkun l-iktar partita diffiċli tal-istaġun u l-għan tat-tim tiegħu hu li jirbaħ din il-partita.

 

“Logħba diffiċli ħafna. Iżda nemmen li warajha se jkun fadal ħames partiti oħra u se jkunu kollha diffiċli. Irridu nilgħabu ħafna aħjar milli għamilna s’issa. M’hemmx dubju li biex nirbħu lil Birkirkara u l-kampjonat irridu nżidu fil-livell tagħna.”

 

Tkellmu wkoll il-captains taż-żewġ timijiet, Gareth Sciberras u Ryan Fenech li t-tnejn li huma kienu preżenti għal din il-konferenza.

 

Sciberras ammetta li dan se jkun l-ewwel konfront dirett bejn l-aqwa żewġ timijiet f’dan l-istaġun, anki jekk ġejjin minn telfa kontra Hibernians.

 

“It-telfa kontra Hibernians għandha tagħtina aktar motivazzjoni biex nilagħbu aħjar u nirbħu. Ħafna nies qegħdin jistaqsuna: X’ġara minn Birkirkara? Fil-verita’ maġara xejn. Ġejjin minn rebħ ta’ kampjonat u qegħdin l-ewwel meta fadal sitt partiti mit-tmiem. Żgur li t-tir tagħna hu li nerġgħu nirbħu l-kampjonat.”

 

Ryan Fenech qal li għalih u għall-plejers kollha se tkun motivazzjoni doppja peress li quddiemhom se jkollhom liċ-Champions.

 

“Aħna nilagħbu biex nirbħu kull partita u l-istess se nagħmlu l-Ħadd li ġej. Anzi l-Ħadd li ġej il-motivazzjoni li nirbħu se tkun akbar peress li kontra Birkirkara.”

 

F’kelmtejn qosra, Gerald Ellun, Team Manager ta’ Valletta FC ta r-reazzjonijiet tiegħu wkoll.

 

“L-ebda logħba ma kienet faċli għalina. Se ninżlu biex nirbħu din il-partita u l-partiti kollha li fadlilna. Se nippruvaw nirbħu biex nitilgħu fl-ewwel post tal-klassifika. Imbagħad naraw minn hemm. Mhux se tkun faċli.”

 

Il-partita bejn Valletta FC u Birkirkara FC tintlagħab il-Ħadd li ġej fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, fl-4.00pm

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mark Attard

Malta Football Association

Press Officer

Official Sponsors
Commercial Partners