Malta Football Association
NEWS:
Gżira Utd b’inizzjattiva nobbli għat-tfal bi bżonnijiet speċjali
Mar 20, 2014
Posted in:
General
Cups & Competitions
Ritratt  -  Paul Zammit Cutajar
Ritratt - Paul Zammit Cutajar

  • Ritratt  -  Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt  -  Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt  -  Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt  -  Paul Zammit Cutajar
  • Ritratt  -  Paul Zammit Cutajar

Gżira United FC taw l-opportunita’lit-tfal bi bżonnijiet speċjali biex ikunu l-‘mascots’ fis-semifinali tal-partita tal-bieraħ, is-semifinali tal-UBET FA Trophy kontra Valletta. Minkejja t-telfa ta’ 2-0, il-Gżirjani ħarġu bl-unuri kollha li rnexxilhom jaslu sa dan l-istadju tal-kompetizzjoni u ġabu riżultat rispettabbli kontra wieħed mill-aqwa timijiet ta’ Malta.


 

Gżira Utd hu l-uniku klabb f’Malta li għandhom tim tal-futbol tat-tfal bi bżonnijiet speċjali. Taħt il-gwida tal-kowċ Norbert Bugeja, dan it-tim jitħarreġ b’mod regolari u kien hemm każijiet fejn xi wieħed minn dawn it-tfal lagħab anki f’xi partiti mill-kampjonat tal-Youths.

 

Team Maroons, hekk kif inhu magħruf, irnexxilhu jakkwista anki sponsor ta’ kits mingħand Vodafone Foundation.

 

Il-Malta Football Association tfaħħar din l-inizzjattiva u tħeġġeġ klabbs oħra biex jagħmlu l-istess ħaġa.

Official Sponsors
Commercial Partners