Archives

Finali U*BET F.A. Trophy: Qormi FC vs Hibernians FC

Published: 20-05-2013 21:55
Competitions
image1 (102)
image1 (102)
Il-Malta Football Association tavża li l-finali tal-U*BET F.A. Trophy bejn Qormi FC u Hibernians FC se tintlagħab l-Erbgħa 22 ta’ Mejju 2012, fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali u tibda fis-7.30pm.   Il-partitarji ta’ Hibernians se jkunu allokati f’West Stand A u Millennium Stand F waqt li dawk ta’ Qormi se jkunu allokati f’West Stand C u Millennium Stand D. Il-partitarji ta’ Hibernians għandhom jidħlu bil-vetturi tagħhom min-naħat tal-Mosta u jipparkjaw fil-West Parking (Enclosure), waqt li dawk ta’ Qormi għandhom jidħlu bil-vetturi tagħhom min-naħat ta’ Ħaż-Żebbuġ u jipparkjaw lejn il-Millennium Stand u fiż-żona tal-Park Nazzjonali. Il-biljett tal-West Stand A u C (Enclosure) jibdew jinbiegħu mil-lejla stess miż-żewġ klabbs rispettivi. Il-biljetti tad-dħul tal-Millenium Stand D u F jinbiegħu fil-ġurnata mit-ticket booths tal-Millennium Stand, fl-Istadium Nazzjonali qabel il-partita. L-Orange Cards kollha u l-White Cards ta’ Qormi FC u Hibernians FC huma validi għal din il-partita kemm għall-West Stand u kif ukoll għall-Millennium Stand. L-Istadium Nazzjonali u t-ticket booths jiftħu fis-6.00pm. L-MFA tavża li dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu flimkien mal-Pulizija ta’ Malta u ż-żewġ klabbs rispettivi, waqt li tawgura suċċess li ż-żewġ klabbs u li tkun festa ta’ futbol sabiħa għall-partitarji preżenti u għall-pubbliku sportiv.