Competitions

Matthew Guillaumier jirbaħ l-unur BOV Player tax-Xahar (Ottubru)

Published: 05-12-2022 08:28
BOV POM Oct 22 Matthew Guillamier.jpg
This article is also available in English.

Matthew Guillaumier ta’ Ħamrun Spartans ġie vvutat bħala BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru 2022.

Il-midfielder ta’ 24 sena kellu bidu perfett tax-xahar, meta eżatt wara 3 minuti fil-partita tagħhom kontra Floriana fl-1 tax-xahar, irċieva takkuna b’lura mingħand Roko Prsa u x-xutt qawwi u fil-baxx tiegħu għeleb lill-goalkeeper Georgi Kitanov.

Il-gowl ta’ Guillaumier tmien minuti mit-tmiem kontra Mosta, meta tefa’ l-ballun fix-xibka minn corner ta’ Matteo Fedele mil-lemin, tahom il-vantaġġ ta’ 2-1 biex kisbu t-3 punti li poġġewhom fil-quċċata tal-Kampjonat BOV Premier.  

Ħamrun qed igawdu bidu tal-istaġun mill-aqwa b’sensiela ta’ 10 logħbiet mingħajr telfa fejn il-captain ta' Ħamrun qed juri forma tajba u qed imexxi lit-tim tiegħu lejn ir-rebħ prospettiv ieħor tal-Kampjonat BOV Premier.

Silvio Cassar, Manager tal-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru 2022 lil Guillaumier li għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.

L-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar iżid dimensjoni soċjali mal-impenn tal-Bank of Valletta lejn is-Saħħa u l-Benessri Tajba permezz ta’ donazzjoni monetarja lil organizzazzjoni tal-karità tal-għażla tal-plejer rebbieħ.