Competitions

Biljetti bi skont għall-BOV Super Cup - Gozo Edition

Published: 21-11-2022 12:18
Supercup-2022-web.jpg
Supercup-2022-web-thumb.jpg
This article is also available in English.

Jinsabu għall-bejgħ il-biljetti għall-BOV Super Cup – Gozo Edition.  Din il-logħba se tintlaghab fit-8 ta’ Diċembru 2022 fil-Gozo Stadium (16:00). Il-Malta FA ħabbret li qed toffri biljetti bi skont sal-aħħar ta’ Novembru.
Din il-logħba ferm mistennija tlaqqa’ r-rebbieħa tal-BOV Premier League Hibernians u r-rebbieħa ta’ IZIBET FA Trophy Floriana fil-BOV Super Cup – Gozo Edition.  Din il-logħba għandha tkun logħba klassika oħra bejn tnejn mill-aqwa timijiet ta’ Malta.
Dawn iż-żewġ timijiet iltaqgħu darbtejn matul l-istorja ta’ din il-kompetizzjoni. L-edizzjoni 1993/94 intrebħet minn Hibernians bil-penalties wara li l-logħba spiċċat 2-2. Intant l-aħħar darba li dawn iż-żewġ timijiet iltaqgħu f’din il-kompetizzjoni, kien fl-edizzjoni 2016/17 meta Floriana rebħu 1-0.
Tgħid se tkun ir-raba’ rebħa għal Hibernians, jew it-tielet rebħa għal Floriana?

Biljetti
Il-Malta FA qed toffri prezzijiet ridotti għal min jixtri l-biljetti tiegħu sal-aħħar ta’ Novembru, għall-Gozo Stadium North Stand. Il-biljetti jistgħu jinxtraw online HAWN

Allokazzjonijiet ta' Stand
Sadanittant il-Malta FA ħabbret li l-allokazzjonijiet tal-istands għall-partitarji tat-timijiet rispettivi se jkunu kif ġej:

  • Side A - Hibernians
  • Side C - Floriana

Il-biljetti għall-club sides jistgħu jinxtraw biss mill-klabbs rispettivi.

Il-partita tibda fis-16:00 u l-bibien tal-grawnd jinfetħu fit-14:00.