National Teams

Imsejħa 22 player hekk kif it-team nazzjonali tan-nisa jipprepara għall-aħħar logħbiet tat-Tazza tad-Dinja

Published: 29-08-2022 09:33
Malta WNT (c) Mark Zammit Cordina
This article is also available in English.

It-team nazzjonali tan-nisa jirritorna fl-azzjoni għall-aħħar żewġ logħbiet tagħhom validi mir-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2023.

It-tim Malti jibda l-aħħar double-header ta’ din il-kompetizzjoni b’logħba f’darna kontra l-Azerbajġan, nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Settembru, fis-Centenary Stadium (kick-off: 7.30 pm).

Imbagħad, il-ġimgħa ta’ wara, it-Tlieta, 6 ta’ Settembru, Malta tiltaqa' mal-Montenegro, f’Podgorica (kick-off: 6.30 pm).

It-team immexxi mill-coach Mark Gatt, se jkun qed jagħmel ir-ritorn tiegħu fil-ground minn April li għadda meta ospita lill-ġganti d-Danimarka f’logħba ta’ kwalifikazzjoni qabel ma ltaqa' mas-selezzjoni Taljana ta’ taħt it-23 sena, f’partita ta’ ħbiberija.

Bħalissa, il-Maltin għandhom erba’ punti -  miksuba fid-draw ta’ 2-2 kontra l-Bosnja Herzegovina, fis-Centenary Stadium, u f’rebħa ta’ 2-1 kontra l-avversarji li jmiss, l-Azerbajġan, f’Baku.

Għal dawn iż-żewġ logħbiet, il-coach Gatt sejjaħ 22 player li jinkludu ħames players mit-team ta’ Birkirkara li kisbu l-ewwel rebħa fil-UEFA Women’s Champions League.  Dawn huma l-goalkeeper Janice Xuereb, it-trio difensiv Stephania Farrugia, Ann-Marie Said u Charlene Zammit flimkien mal-player versatili Alishia Sultana fejn ifformaw parti mir-rebħa storika kontra Glentoran tal-Irlanda ta’ Fuq.  Ir-rebħa ta’ Birkirkara kienet l-ewwel waħda li qatt ġiet irreġistrata min-naħa Maltija fiċ-Cham­pions League fi 38 tentattiv. Dorianne Theuma, li rebħet l-unur tal-Aqwa Player 2012/22, ġiet imsejħa wkoll flimkien ma’ sħabha fit-team ta’ Swieqi United, Jessica Dimech, Jade Flask, Jade Schembri, Shona Zammit u Emma Xuereb.

Mgarr United huma rrappreżentati minn erba’ players - Patricia Ebejer, Rebecca Bajada, Maia Debono u Brenda Borg.  Hibernians, li qed jagħmlu r-ritorn tagħhom fil-kampjonat tan-nisa tal-kbar, se jkunu rrappreżentati minn Nicole Sciberras filwaqt li Maya Lucia ta’ Raiders Lija ġiet imsejħa wkoll.

Il-ħames players li fadal kollha jilagħbu barra minn Malta li jinkludu żewġ players ibbażati fl-Italja, Rachel Cuschieri (Sampdoria) u Emma Lipman (Como);  tnejn ibbażati fl-Ingilterra , Ylenia Carabott ta’ Gillingham u Maria Farrugia ta’ Durham ... kif ukoll Haley Bugeja li reċentement bdiet avventura ġdida ma’ Orlando Pride, fl-Istati Uniti.

 

Informazzjoni dwar il-Biljetti

Il-prezzijiet tal-biljetti ta’  Malta vs Azerbajġan huma kif ġej:

€6 - Adulti

€4 - U/12, O/60, Konċessjonijiet

Jistgħu jinxtraw jew onlajn jew mill-kabini tal-biljetti ħdejn il-ground qabel il-bidu tal-partita.

 

 

L-iskwadra hija:

Goalkeepers

Patricia Ebejer (Mġarr United), Janice Xuereb (Birkirkara).

Difensuri

Rebecca Bajada, Maia Debono (Mġarr United), Jessica Dimech, Jade Flask, Jade Schembri (Swieqi United), Stephania Farrugia, Ann-Marie Said, Charlene Zammit (Birkirkara), Nicole Sciberras (Hibernians).

Midfielders

Rachel Cuschieri (Sampdoria, Italja), Emma Lipman (Como, l-Italja), Maya Lucia (Raiders Lija), Alishia Sultana (Birkirkara), Dorianne Theuma, Shona Zammit (Swieqi United).

Attakkanti

Brenda Borg (Mġarr United), Haley Bugeja (Orlando Pride, Stati Uniti), Ylenia Carabott (Gillingham, Ingilterra), Maria Farrugia (Durham, Ingilterra), Emma Xuereb (Swieqi United).