National Teams

Il-coach Attard isejjaħ skwadra ta’ 18-il player għal UEFA Regions Cup

Published: 25-09-2022 09:00
Coach Alfred Attard .jpeg
This article is also available in English.

Il-coach, Alfred Attard, u l-assistent tiegħu Clint Tabone, għażlu l-iskwadra finali ta’ 18-il player li nhar it-Tlieta li ġej se jħallu pajjiżna lejn il-Kroazja fejn se jieħdu sehem fil-UEFA Regions Cup.

Ħamsa u tletin team minn assoċjazzjonijiet madwar l-Ewropa se jipparteċipaw fi tmien mini-tournaments li se jintlagħbu f’dan il-pajjiż.

Il-kompetizzjoni hija miftuħa għal timijiet amateurs iżda Malta u San Marino se jkunu rrappreżentanti mit-timijiet nazzjonali tal-amateurs.

Malta ttellgħet biex tilgħab fi Grupp 8 li jinkludi wkoll lil Split (il-Kroazja), Belgrad (is-Serbja) u Ivano Frankivsk (l-Ukrajna).

It-tournament se jsir f’Zadar, il-Kroazja, hekk kif il-programm huwa mifrux fuq tlett ijiem:

MD1 – 28 ta’ Settembru – Malta v Split Region (Kroazja)

MD2 – 1 ta’ Ottubru - Malta v Ivano Frankivsk (Ukrajna)

MD3 – 4 ta’ Ottubru - Malta v Belgrad (Serbja)

Il-logħob kollu se jintlagħab fi Stadio Stanovi, f’Zadar, u jibda fl-4.30 pm.

 

Il-lista msejħa minn Coach Attard hija:

Goalkeepers:

Jonathan Grech (Zabbar St Patricks FC), Leon Seisun (Għaxaq FC)

Difensuri:

Daniel Sant (Lija Athletic FC), Gianluca Bugeja (Marsa FC), Dylan Micallef (Marsa FC), Ismael Colombo (Marsaskala FC), Andrea Azzopardi (Zurrieq FC), Ian Montanaro (Marsa FC)

Midfielders:

Samuel Buhagair (Fgura FC), Josmar Galea (Marsaskala FC), Josuel Spiteri (Marsaskala FC), Ryan Dalli (Mgarr FC) Shalon Diacono (Zabbar St Patricks FC), Damon Hili (Victoria Hotspurs FC), Thomas Giles (Lija Athletic FC).

Attakkanti:

Saturday Nanapere (Mġarr FC), Andre Joe Cutajar (Zabbar St Patricks FC), Nicholas Schembri (Attard FC)