National Teams

Devis Mangia jsejjaħ skwadra ta’ 26 player qabel il-partiti kontra l-Estonja u l-Iżrael

Published: 09-09-2022 08:54
WhatsApp Image 2022-06-08 at 6.03.45 PM (3).jpeg
WhatsApp Image 2022-06-08 at 6.03.45 PM (2).jpeg
This article is also available in English.

Il-Coach tat-Team Nazzjonali Malti, Devis Mangia sejjaħ skwadra ta’ 26 player għal training camp tat-team nazzjonali, qabel l-aħħar impenn ta’ Malta mill-UEFA Nations League kontra l-Estonja u partita ta’ ħbiberija kontra Iżrael.

Fost oħrajn, Mangia sejjaħ lil Jodi Felice Jones, li jinsab fuq il-kotba ta’ Oxford United. Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena għadu kif irċieva passaport Malti  minħabba li missieru huwa Malti. Felice Jones se jingħaqad mat-team fid-19 ta’ Settembru.

Triston Caruana u Shaun Dimech ta’ Valletta reġgħu ssejħu wara li tilfu l-aħħar partita tat-team nazzjonali f’Ġunju. Il-midfielder ta’ esperjenza Bjorn Kristensen reġa’ ġie mgħajjat ukoll wara li tilef numru ta’ logħbiet, minħabba injury.

L-iskeda tat-taħriġ għall-iskwadra nazzjonali tibda nhar it-Tnejn 12 ta’ Settembru. Il-kamp ta’ taħriġ huwa parti mit-tħejjijiet ta’ Malta għall-aħħar partita tal-UEFA Nations League fi Grupp D2 barra minn darna kontra l-Estonja u partita ta’ ħbiberija f’darna kontra l-Iżrael erbat ijiem wara. Il-loghba kontra l-Estonja se tintlagħab fit-23 ta’ Settembru 2022, f’Le Coq Arena f’Talinn (kick-off 19:00hrs).

Malta tilgħab kontra l-Iżrael fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, fis-27 ta’ Settembru (kick-off 21:00hrs).

 

MALTA SQUAD

Goalkeepers

Henry Bonello (Hamrun Spartans FC), Cain Formosa (Valletta FC), Jake Galea (Ettelbruck – LUX)

 

Defenders

Ferdinando Apap (Hibernians FC), Jean Borg (Valletta FC), Steve Borg (Hamrun Spartans FC), Triston Caruana (Valletta FC), Zach Muscat (Farense - POR), Enrico Pepe    (Birkirkara FC),

 

Midfielders

Cain Attard (Birkirkara FC), James Brown (St. Johnstone FC - SCO), Ryan Camenzuli (Hamrun Spartans FC), Matias Nicolas Garcia (Floriana FC), Matthew Guillaumier (Hamrun Spartans FC), Bjorn Kristensen (Hibernians FC), Adam Magri Overend (Floriana FC), Brandon Diego Paiber (Valletta FC), Teddy Teuma (R.U. Saint Gilloise – BEL)

 

Forwards

Jan Busuttil (Floriana FC), Jurgen Degabriele (Hibernians FC), Shaun Dimech (Valletta FC), Jodi Felice Jones (Oxford Utd FC - ENG), Joseph Essien Mbong (Kiryat Shmona - ISR), Paul Mbong (Birkirkara FC), Luke Montebello (Hamrun Spartans FC), Alexander Satariano (Balzan FC)