National Teams

Futsal: It-team nazzjonali Malti f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Estonja f’Tallinn

Published: 14-09-2022 10:34
FUTSAL1.jpg
FUTSAL3.jpg
FUTSAL2.jpg
FUTSAL NT Call up SEP 2022 Provisional.png
This article is also available in English.

It-team nazzjonali tal-Futsal, il-ġimgħa d-dieħla se jkun fl-azzjoni barra minn xtutna meta jilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Estonja fil-belt ta’ Tallinn, nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru, fl-4.00 pm.

Din il-partita se taħbat ma’ dik tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Nations League hekk kif Malta hija skedata li tilgħab kontra l-Estonja, f’Tallinn, fl-istess ġurnata. 

Intant, il-coach nazzjonali Zeljko Anicic sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 20 player għal din il-logħba ta’ ħbiberija.

Din l-iskwadra tinkludi lill-erba’ goalkeepers, Clint Mifsud, Dylan Cacciattolo, Brendon Debono, u Matthias Borg.

Mill-bqija hija komposta minn 16-il player li huma Karl Sciortino, Giancarlo Sammut, Andre Ciancio, Steven Camilleri, Jean-Noel Azzopardi, Cleaven Portelli, Matthew Attard, Dale Valletta, Luke Gatt, Ryan Muscat, Andrew Abela, Andrew Cachia, Nathan Balzan, Shiraz Attard, Collin Sammut, u Ivin Gatt.

Interessanti huwa l-fatt li f’din l-għażla proviżorja hemm ħames players mill-iskwadra ta’ Taħt id-19-il sena.