National Teams
Malta qed tospita l-logħob minn Grupp 4 tar-rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA European U17 Championship
Published: 18-10-2022 13:41It-tim Nazzjonali ta’ Malta U17 se jkun qed jilgħab il-logħob ta’ Grupp 4 tar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA ta’ taħt is-17-il sena bejn id-19 u l-25 ta’ Ottubru fis-Centenary Stadium. Grupp 4 huwa magħmul mill-Iskozja, iċ-Ċekja, l-Irlanda ta’ Fuq u l-pajjiż ospitanti Malta.
Malta U17 Team
Il-Kowċ tat-Tim Nazzjonali ta’ taħt is-17-il sena, Ivan Woods sejjaħ tim ta’ 20 plejer għal dan l-impenn internazzjonali. L-iskwadra sħiħa hija kif ġej:
Goalkeepers
Niklas Vella (Balzan), Jake Scicluna (Valletta)
Difensuri Ċentrali
Nic Briffa (Birkirkara), Kean Scicluna (Hamrun Spartans), Lukas Okeke (Birkirkara), Sheldon Borg (Pietà Hotspurs)
Wingback Leminija
Kewell Fardell (Valletta), Lydon Seychell (Valletta)
Wingback tax-Xellug
Shaun Carabott (Valletta), Shelom Magri (Birkirkara)
Midfielders
Bradley Farrugia (Mosta), Antiago De Flavia (Floriana), Jerome Baldacchino (Valletta), Thomas Melillo (Pietà Hotspurs)
Plejers Offensivi
Jake Azzopardi (Valletta), Felippe Bugeja (Hamrun Spartans), Liam Delicata (Birkirkara), Nicholas Agius (Birkirkara), Keyon Ewurun (Valletta), Nexille Grech (Hamrun Spartans)
Il-programm ta’ logħob
Il-logħob kollu fi Grupp 4 se jintlagħab kif ġej fis-Centenary Stadium. Il-programm sħiħ tista' ssibu hawn taħt:
L-Erbgħa (19/10/2022): MD1 – Centenary Stadium
11:00 – L-Iskozja vs Malta
16:00 – L-Irlanda ta’ Fuq vs ir-Repubblika Ċeka
Is-Sibt (22/10/2022): MD 2 – Centenary Stadium
11:00 – L-Iskozja vs l-Irlanda ta’ Fuq
16:00 – Repubblika Ċeka vs Malta
It-Tlieta (25/10/2022): MD 3 – Centenary Stadium
11:00 – Ir-Repubblika Ċeka vs l-Iskozja
16:00 – Malta vs Irlanda ta’ Fuq
Prezzijiet tal-biljetti
Side A tas-Centenary Stadium se tkun miftuħa għall-partitarji. Il-prezzijiet tal-biljetti għal partita waħda huma kif ġej:
Adulti - €6
Tfal taħt it-12-il sena, Anzjani ’l fuq minn 60 sena, Konċessjonijiet - €4
Tfal tal-iskola (bl-uniformi) u għalliema, u nurseries - b'xejn
Streaming onlajn
Il-logħob jista’ jiġi segwit dirett fuq il-Malta FA Youtube Channel
Il-kompetizzjoni
L-aqwa żewġ timijiet f’kull grupp se jingħaqdu mal-aqwa seed l-Olanda u Spanja fir-rawnd tal-elite li se jintlagħab fir-rebbiegħa tal-2023, flimkien mal-erba’ timijiet li jinsabu fit-tielet post bl-aqwa rekords kontra l-aqwa tnejn fit-taqsima tagħhom. L-ospitanti l-Ungerija jikkwalifikaw direttament għat-tournament finali ta’ 16-il tim li se jintlagħab bejn is-17 ta’ Mejju u t-2 ta’ Ġunju tas-sena d-dieħla.