General

Uffiċjali Malti f'impenji mill-Kampjonat Ewropew U19 fil-Polonja

Published: 20-09-2022 12:26
International-Referee-Appointments-2.jpg
This article is also available in English.

Żewġ uffiċjali Maltin fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jikkontrollaw logħbiet mill-Kampjonat Ewropew ta’ taħt id-19-il sena fil-Polonja.

Il-Malta FA ħabbret li żewġ uffiċjali ġew maħtura biex ikunu parti mill-pool jikkontrollaw il-partiti waqt ir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-mini-tournament tal-Kampjonat Ewropew 2023 ta’ Taħt id-19-il sena li se jintlagħab fil-Polonja.

Iż-żewġ uffiċjali huma r-referee Matthew Degabriele li se jkun assistit minn Luke Portelli fir-rwol tiegħu t'Assistant Referee.

It-Timijiet Nazzjonali li qed jipparteċipaw f’dan il-Grupp 5 ta’ Taħt id-19-il sena, huma l-organiżżaturi l-Polonja, l-Italja, l-Bożnija Herzegovina u l-Estonja.

Il-logħbiet kollha f’din il-kompetizzjoni li jibdew l-Erbgħa 21 tax-xahar u jibqgħu għaddejjin sat-Tlieta tal-ġimgħa d-dieħla, huma skedati li jintlagħbu fi Stadion Miejski w Gdyni, fil-belt ta’ Gdynia fil-Polonja.